Studju Komprensiv dwar l-Integrazzjoni Pożittiva, l-Assimilazzjoni u ż-Żamma ta’ Ħaddiema Barranin fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa f’Malta.
Il-Kumpanija “Marketing Advisory Services” (MAS) kienu inkarigati biex iwettqu riċerka f’isem it-Taqsima tal-Ġestjoni tan-Nies fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa (MFH) skond is- sejħa għal ‘Tender għall-Kummissjoni ta’ Studju Komprensiv dwar l-Integrazzjoni Pożittiva, l-Assimilazzjoni u ż-Żamma ta’ Ħaddiema Barranin fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa (MFH) f’Malta – CFT017-0162122 (CPSU 2348/21)’.
L-Iskop ta’ dan l-istudju kien biex jiġu identifikati il-problemi u l-fatturi li jimpattaw b’mod posittiv jew negattiv l-attrazzjoni, integrazzjoni, u ż-żamma tal-ħaddiema barranin impjegati fil-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanita’ Attiva.
L-istudju oriġinarjament seħħ fis-sena 2022, u ġie repetut sentejn wara fis-sena 2024 biex jitkejjel il-progress li sar wara li ġew segwiti ir-rikomandazzjonijiet tal-ewwel studju.