Il-Missjoni Taghna

Il-missjoni tagħna hija li navvanzaw u nippromwovu l-Ġestjoni u s-Servizz tal-Kura tas-Saħħa billi: Nattiraw, niżviluppaw u nżommu forza tax-xogħol inklużiva, diversa u reżiljenti permezz ta' ġestjoni tar-riżorsi umani ta' appoġġ iċċentrati fuq l-impjegati, għas-saħħa u l-benessri aħjar tal-popolazzjoni; L-implimentazzjoni ta’ politiki, strateġiji, liġijiet u direttivi ta' Ġestjoni tan-Nies b’valur miżjud biex tiġi żgurata governanza tajba u eċċellenza operattiva; Jippermetti u jappoġġa lill-impjegati biex jarrikkixxu t-tkabbir sostenibbli tagħhom u l-abbiltà li jissodisfaw b'mod proattiv il-ħtiġijiet tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa bid-dinamiċi tagħhom li dejjem jinbidlu, b'mod effiċjenti u professjonali.

Id-Diviżjoni tal-Ġestjoni tan-Nies taspira li tkun rikonoxxuta bħala riżors ta’ fiduċja u mexxej li tappoġġja u tagħti s-setgħa lill-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa biex tipprovdi servizz ta’ eċċellenza lis-soċjetà.

Aħna nemmnu li nagħtu servizz ta’ kwalità konsistenti lill-klijenti u lill-partijiet interessati kollha tagħna billi nwettqu x-xogħol tagħna bi professjonalità fi spirtu ta’ integrità lejn l-impjegati kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, kemm persunal amministrattiv kif ukoll personal tal-kura tas-saħħa; Ħidma f’tim kollaborattiv u ta’ appoġġ u komunikazzjoni b’rispett mad-dipartimenti u l-partijiet interessati kollha; Nipproduċu soluzzjonijiet kreattivi mmirati biex jilqgħu sfidi ġodda fil-qasam tal-ġestjoni tan-nies, lejn servizz inklużiv ta’ eċċellenza.