Struttura

Id-Diviżjoni tal-Ġestjoni tal-Persuni hija mmexxija minn Direttur Ġenerali mgħejjun minn żewġ Assistenti Diretturi, Managers u staff klerikali u amministrattiv ieħor. Minbarra li huwa responsabbli mill-Istrateġija tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, dan it-tim jaqdi dmirijiet relatati ma’ Resourcing, Relazzjonijiet Industrijali, Taħriġ, Data Management u People Management fost oħrajn. Din id-Diviżjoni hija rappreżentata minn unitajiet tar-Riżorsi Umani fi ħdan l-isptarijiet/taqsimiet tas-saħħa rispettivi li jassistu fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ċentrali.