Il-Ministeru għas-Saħħa jikkonsisti f’madwar 8,000 impjegat tas-servizz pubbliku li jvarjaw minn kategoriji professjonali, tekniċi, maniġerjali, staff ta’ appoġġ u klerikali fost oħrajn. Peress li l-Ministeru għas-Saħħa jipprovdi servizz tas-saħħa pubblika lis-soċjetà, il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol hija magħmula minn diversi professjonisti tal-kura tas-saħħa u persunal para-professjonali, li joffru servizz multidixxiplinarju lill-pubbliku ġenerali.
Kull professjoni tal-kura tas-saħħa hija koperta minn ftehim settorjali li joffri l-opportunità ta’ progressjoni fil-karriera b’mod strutturat u pakketti ta’ pagi relatati mal-professjoni speċifika.
Dawn il-kategoriji jinkludu:
Professjonisti tas-Saħħa Alleati Assistenti Alleati Klassi Dentali Assistenti tal-Kirurġija Dentali Tekniċi tad-Dekontaminazzjoni Tekniċi Elettrokardjografiċi Emergency Ambulance Responders Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali Klassi Medika Klassi tal-Fiżika Medika Klassi tal-Infermiera u l-Qwiebel Klassi tal-Ispiżerija Tekniċi tal-Ispiżerija Phlebotomy Technicians Klassi tal-Psikoloġija Klassi Xjentifika Klassi ta’ Ħidma Soċjali