Taħt awtorità delegata, mill-1 ta’ Frar 2016 ‘il quddiem, is-sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa se jkollha r-riżultat/i rispettivi maħruġa jew ippubblikati fuq in-Notice Board tal-Ministeru fi 15 Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta u fuq in-noticeboards tal- uffiċċji, fergħat jew istituzzjonijiet oħra fejn jeżisti l-post battal. Fl-istess jum, notifika tal-pubblikazzjoni tar-riżultat se tidher fuq din il-paġna web.
Tqassim ta’ Marki
Talba għat-tqassim tal-marki għandha tiġi indirizzata lid-Direttur Ġenerali (People Management), People Management Division, Ministeru għas-Saħħa bil-miktub permezz ta’ email fuq [email protected] u tista’ tinkiseb wara li n-notifika tar-riżultat tidher fuq Il-websajt tal-Ministeru.
Petizzjonijiet
Petizzjonijiet dwar proċess ta’ selezzjoni għandhom jiġu indirizzati lis-Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, bil-miktub permezz ta’ e-mail fi ħdan:
Għaxar (10) ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tidher notifika fuq il-websajt li tgħid li r-riżultat ikun inħareġ, fil-każ ta’ karigi jew pożizzjonijiet fi skala ta’ salarju 6 jew inqas; jew
Għaxart (10) ijiem tax-xogħol mid-data li fiha r-riżultat jintbagħat lill-kandidat ikkonċernat permezz ta’ e-mail fl-indirizz elettroniku pprovdut mill-kandidat fuq il-formola tal-applikazzjoni tiegħu, fil-każ ta’ kariga/pożizzjonijiet fi skala ta’ salarju 5 jew ogħla.