Sejħiet pubbliċi għall-applikazzjoni jinħarġu regolarment mid-diversi Ministeri. Dawn is-sejħiet jispeċifikaw kriterji ta’ eliġibbiltà kif stipulat fil-ftehim settorjali tal-kategorija u l-applikanti li jissodisfaw dawk il-kriterji se jgħaddu minn proċess ta’ għażla. Aktar informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ għal uffiċjali pubbliċi tista’ tinkiseb mis-sezzjoni Reklutaġġ ta’ din il-paġna.
Niżżel l-App “Ingħaqad mas-Servizz Pubbliku” permezz ta’ Google Play (Android) jew App Store (IOS) biex tirċievi notifiki dwar l-aħħar sejħiet ippubblikati fi ħdan is-Servizz Pubbliku.